Ix-xita qalila li għadha kif għamlet madwar nofsinhar tal-llum tidher li ħalliet l-effetti tagħha hekk kif ċertu toroq spiċċaw imfawwra bl-ilma.

Fil-video li ntbagħat lil Gwida.mt jidher kif it-triq innifisha lanqas biss tidher bl-ammont ta’ ilma li beda jgħaddi.

It-temp tax-xitwa jidher li se jibda jirranka hekk kif fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla mistenni wkoll li jagħmel il-maltemp b’riefnu li se jitla’ minn Forza 9 sa Forza 11 u temperaturi baxxi sa 5°C.

Importanti li f’dawn iż-żminijiet noqogħdu ftit attenti u nieħdu ħsieb!

Facebook/Malta Weather


Nicole Barbara