Il-kantant internazzjonali Machine Gun Kelly kien qiegħed waqt kunċert nhar it-Tlieta li għadda u dan tefa’ filmat fuq il-profil tiegħu fuq Instagram fejn għall-ebda raġuni faqa’ tazza tax-xampanja fuq rasu.

Wara dan li għamel hu qabad il-mikrofonu u qal li ma jimpurtahx li faqa’ dik it-tazza fuq rasu. Ġurnata wara tefa’ ritratt fuq il-profil tiegħu fejn wera l-qata’ kbira li għandu ma’ għajnejh u kiteb “NYC you’re my bloody valentine”, b’referenza għal waħda mill-kanzunetti tiegħu.

Il-kantant jidher li rrifjuta l-assistenza medika u kompla jkanta waħda mid-diski tiegħu lill-pubbliku li kien preżenti dakinhar tal-kunċert.


Henzley  Bezzina