Toni Busuttil kulħadd jafu bħala komiku mill-aqwa iżda għadda minn diversi episodji ta' sfida, li kellu bżonn jirrkorri għall-għajnuna minħabba s-saħħa mentali tiegħu.
Hu jitkellem dwar kif spiċċa l-isptar Monte Karmeli u kif mat-tielet jum ħass il-ħtieġa li joħroġ minn hemm għax l-ambjent li kien fih ma kienx qed jgħinu, iżda jemmen li kien qed joħloq sfida ikbar għalih.
Hu jistqarr, li fl-istess ward kien hemm persuni li kellhom problemi varji, uħud bi problemi serji ħafna għal oħrajn bi problemi ta' mard mentali żgħar. Hu jemmen li l-wards għandhom ikunu maqsuma skont il-gravita tal-każ u tas-sitwazzjoni.
Mill-banda l-oħra fuq il-panel kien hemm Peppi Azzopardi li qal li dak li qed jgħid Toni Busuttil hu minnu, iżda jemmen li s-sitwazzjoni tranġet. Peppi jistqarr li hu investiga u għandu anke filmat li juru dan iżda jemmen bis-sħiħ li s-sitwazzjoni m'għadhiex l-istess.
Toni jgħid li għandu d-dubji tiegħu kemm is-sitwazzjoni inbidlet fi żmien sena. Peppi jtenni wkoll li jemmen li wasal iż-żmien li l-isptar jieqaf milli jopera u l-pazjenti jgħixu f'postijiet żgħar fejn ikollhom kura dedikata iżda b'mod indipendenti.
X'taħseb dwar dan? Segwi Popolin billi tidħol HAWN.