Illejla jerġa’ jibda staġun ġdid ta' Liquorish. Avventura ġo pajjiż barra mill-Ewropa ta' 10 parteċipanti! Sadanitant iltqajna ma' Andrea u skoprejna ftit fuq l-avventura u fuqha.
Andrea qaltilna li hi ma tmurx l-avventura mat-tim minħabba t-tfal tagħha iżda tagħmel l-avventura hi stess mal-familja minflok! "Kull sena nagħmluha. Inħobbu nsiefru u nieħdu l-kelb magħna għax niddejqu nħalluh warajna. Għalinqas darba fis-sena nkunu ħadnieh, tlajna l-Italja bil-karozza u ħadnieh fis-snow. Iġġennen il-kelb! Kull sena nagħmluha! Vera tkun a family holiday ta’ vera bil-kelb b’kollox nippakkjaw".
Imma Andrea taqbżilha? U x'differenza hemm bejn il-kelb Harley u Bugz? Araw l-intervista:
Illejla Liquorish fit-8:30pm fuq ONE.