Bil-Filmat: "Ma Riedx Iniżżilni Noelene Il-Kappillan" – Noelene Tniżlet B'Isem ieħor Fuq Ir-Reġistrju Tal-Knisja!

Waqt Illum ma’ Steph niskopru l-isem li Noelene ngħatat fuq ir-reġistru tal-Knisja! Hi tispjega, “Jiena lħaqtha tal-qaddisin.

Ma riedx iniżżilni Noelene l-Kappillan.” Fil-fatt għalkemm l-isem ġej mill-Franċiż u huwa relatat mal-isem Noel, il-kappillan għażel li jniżżilha bħala Manuela.

Noelene tispjega li fuq ir-reġistru tal-Gvern, hi mniżżla bl-isem Noelene. Steph b’ċajta qaltilha, “Tridx nibdew insejħulek Manwela?” Noelene tistqarr li jogħġobha l-isem Manuela wkoll. Intom kieku minflokha liema tippreferu, Noelene jew Manuela?

Segwu aktar hawn:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI