Ilbieraħ waqt Prime Time Preview Owen ċempel lil Vanni Pule li propju ċċelebra għeluq sninu. Fil-fatt għalaq 73 sena.

Vanni jgħid lil Owen li jinsab tajjeb, u li dejjem jipprova jibża' għal saħħtu u jiekol ikel san. "Ma Noqgħodx kwiet, ma noqgħodx ma nagħmel xejn...nirrilassa wkoll, dik l-isiesta importanti."

Fil-fatt Vanni apparti l-maġija, ipitter diversi pitturi. Fil-fatt fuq il-profil tiegħu kemm-il darba jaqsam xi xogħol oriġinali li joħloq. Skoprejna wkoll li l-mara tiegħu teħodlu ħsieb iċ-ċelebrazzjonijiet t'għeluq sninu normalment! Kull sena dejjem organizzatlu xi ħaġa differenti.

Owen jagħmel stedina speċjali lil Vanni għal żmien jum il-missier, biex jiġi fuq il-programm. Segwi l-intervista HAWN - Awguri mill-qalb Vanni!


Kyle Zarb