Il-paġna Rescued is my Favorite Breed - Lulu Arpa ħabbret il-wasla ta' kelba oħra fis-santwarju tagħhom, u għaldaqstant ix-xogħol għalihom żgur li qed jiżdied. 

Fil-fatt bħal klieb oħra, Piżella għandha bżonn familja li tkun lesta tadottaha u tagħtiha kenn. Bla dubju li s-santwarju qed jagħmlu l-għalmu tagħhom biex iżommu l-klieb kollha b'għożża u ma jonqoshom xejn. Madankollu l-għajnuna tal-pubbliku tibqa' ħtieġa kbira.

"Ma nistgħux nenfasizzaw biżżejjed dwar il-ħtieġa ta' għajnuna min-nies li bħalissa jistgħu jadottaw, għax l-adozzjonijiet huma ftit ħafna sakemm in-nies jirritornaw għal xi rutina partikolari."

Jappellaw biex l-utenti ta' Facebook ixerrdu l-posts tagħhom biex timxi l-kelma dwar dan.


Kyle Zarb