Yau-Mun Law tkellem ma' Cristian Muscat dwar dak li ġara tmien xhur ilu. Hu jistqarr li ma jiftakar xejn, jiftakar biss li qam ġol-isptar. Xejn aktar. Li jaf hu minn dak li qalulu l-isptar u li qalulu sħabu tat-tim. Tmien xhur wara l-plejer jinsab lura fuq saqajh.

Hu jgħid li llum il-ġurnata bis-sapport tal-familjari tiegħu u tal-kollegi tiegħu, miexi 'l quddiem. Hu jistqarr li għalkemm mhux lura għan-normali, il-ħsara li saret kienet waħda minima.

Hu jgħid li dan kien każ sfortunat ħafna minħabba l-fatt li hu qatt ma sofra minn problemi ta' saħħa qabel. Tant hu hekk, li madwar xahar qabel kien għamel it-testijiet kollha mediċi rikjesti mill-MFA.

Hu jistqarr li mnalla ma kienx hemm ambulanza fuq il-post għad dan il-fatt għen sabiex it-tabib u l-infermiera li kienu fuq is-sit setgħu jagħtuh l-għajnuna meħtieġa sakemm irrisponda. L-ambulanza ġiet fuq il-post wara u ttieħed l-isptar.


Emil Calleja Bayliss