Il-kantanta u kompożitriċi lokali Priscilla Psaila kienet il-mistiedna ta' Jurgen Manicolo fuq Manicol & Co, fejn fost il-ħafna affarijiet li rrakkontat tkellmet dwar ġest romantiku li għamlilha żewġha li ma tantx spiċċa b'mod pożittiv għall-ġara!
Priscilla titkellem kif ir-raġel iddeċieda li jimlilha l-banju bl-ilma, għamillu s-sapun biex ikollu ħafna rawgħa biex din xħin tasal mix-xogħol wara ġurnata twila tkun tista' tirrilassa daqsxejn. Priscilla tgħid li verament ferħet b'din is-sorpriża iżda kien hemm sorpriża oħra tistennieha. Eżattament sorpriża lill-ġara tagħha!
Hi tirrakkonta kif lestiet u fetħet l-ilma, l-ilma beda nieżel normali u ftit wara ċemplitilhom il-ġara. Jidher li l-ilma kollu li kien qed jintrema kien nieżel fil-bitħa tal-ġara! Isimgħu r-rakkont tagħha!
Facebook / Priscilla Psaila