Fit-13 ta' Settembru jagħlaq sninu l-attur u preżentatur uniku li ħafna drabi jirnexxielu jaqsam lil kulħadd bid-daħk, Chrysander Agius minn Danusan. Fil-fatt ħafna personalitajiet magħrufa ħallulu l-messaġġi tagħhom f'għeluq sninu, flimkien ma' tant nies li jammirawh u jħobbuh. 

Madankollu ta' min jgħid li Chrysander jagħlaq sninu flimkien ma' karattru li fil-fatt twieldet fl-istess ġurnata tiegħu...

Din mhi ħadd ħlief... il-ħelwa Mini minn Minibugz! Fil-fatt Mini kien jinterpretaha sieħbu l-għażiż, l-attur Toni Busuttil! Kien hu fil-fatt li fakkar li Chrysander u Mini twieldu fl-istess jum. Għal Toni, Chrysander huwa ħabib kbir u kollega li ħadem tant mill-qrib miegħu, inkluż waqt il-programm Minibugz.

Minn qalbna nawgurawlhom lit-tnejn li huma l-isbaħ xewqat! Ħerqana biex naraw aktar fil-programm il-ġdid ta' Chrysander flimkien ma' Daniel minn Ottubru li ġej! Hawn taħt għandkom memorja partikolari!


Kyle Zarb