Id-duo Abigail u Carlos li għandhom kumpanija flimkien bl-isem ta' Take Two qalulna li bħalissa jinsabu f'punt kruċjali. Fl-intervista sħiħa li ser tiġi ppublikata nhar il-Ħadd li ġej fl-edizzjoni l-ġdida ta' GWIDA jitkellmu fuq il-bidla sħiħa li għamlu. 

"Għalija personali l-kwarantina kienet, minn naħa problematika għax bdejna ninkwetaw fejn ser tmur il-kumpanija, min-naħa oħra ġegħlitna bilfors nistrieħu u vera straħna. Għall-ewwel ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel bija nnifsi, imbagħad minn hemm bdejna naraw x’ser nagħmlu" jgħidilna Carlos. 

Abigail qaltilna li "Għamilna revamp kbira tal-kumpanija. Kellna bżonn nagħmluha, anke għax dan huwa punt kruċjali għat-Take Two. Biddilna l-emblema, għamilna sit ġdida, showreel ġdid u nedejna kollox f’Lulju. Huwa punt importanti f’ħajjitna għax bħalissa qegħdin bilmod il-mod nimxu lejn is-suq internazzjonali. Dan hu l-pass li jmiss għalina".

Nawguraw minn qalbna lil Abigail u Carlos għal din il-kisba. Inħeġġuk biex taqra l-intervista li ser tiġi ppublikata nhar il-Ħadd 2 t'Awissu. 


Anthony Baldacchino