Ilbieraħ kien il-jum speċjali tal-istilista bravissimu Gaetano, hekk kif għalaq sninu. Ta' persuna maħbuba li hu, ilbieraħ dawk l-aktar viċin tiegħu xtaqu jarawh kuntent u ddeċidew li jagħtuh sorpriża mill-isbaħ. 

"Grazzi tal-messaġġi u posts kollha tal-Birthday! Ilbieraħ kien Birthday speċjali, ma kont qed nistenna xejn imma spiċċajt imdawwar mal-familja tiegħi u mat-tieni familja tiegħi."

Hu jkompli, "Grazzi lil kull min ġie u grazzi tar-rigal. Li kontu hemm nara lil kulħadd magħqud kien diġà rigal! Grazzi lil Fiona Ivan Cassar Mizzi u lil kull min għenna biex ittuni din is-sorpriża!"

Hu xerred anke filmat li ħadulu waqt din l-okkażjoni speċjali. Minn qalbna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlek Gaetano!


Kyle Zarb