Il-preżentaturi ta' Vibe FM jidhru li ltaqgħu għal drink f'dan il-filmat, iżda l-iskop ma kienx dak! L-iskop kien li riedu jgħaddu messaġġ u jfakkru l-importanza li niċċelebraw b'mod responsabbli. 

Kif qal JD Patrick," M'hemmx għalfejn nagħmliu bħat-tfal. Nistgħu nieħdu gost mingħajr ma nieħdu riskji żejda." Issa li fetħu l-barijiet, importanti li nibżgħu għal ħajjitna u għal ħajjet ħaddieħor. Isimgħu minn dan il-parir u xerrduh! Martina tkompli, "Aħjar drink nieqes minn drink żżejjed. Jekk ħa tixrob, issuqx." Abel ikompli billi javżana biex jekk naraw lil xi ħadd li jkun magħna mhux f'qagħda li jsuq, ma nħalluhx.

Ftit wara nstema ħoss kbir! Pruvaw aqtgħu min! Ejjew inxerrdu dan il-messaġġ, issa l-waqt!


Kyle Zarb