Apparti bħala preżentatriċi, lil Dorianne Mamo nafuha wkoll bħala persuna li marret kemm-il darba l-missjoni. Waqt il-programm Kuxjenza li jmiss, Dorianne titkellem dwar sentimenti li tħoss meta tmur kif ukoll l-impatt li jħallu fuqha.
Dorianne issemmi kif aħna għandna ħafna iżda xorta nispiċċaw ingergru u kważi nixtiequ iktar.
"Dawn in-nies li ma tantx għandhom affarijiet, xorta jsibu s-sabiħ fil-ħajja, u jiena dik tagħtni ħafna. Minkejja li ma tantx għandhom affarijiet, m'għandhom xejn... xorta jibqgħu jittamaw, jibqgħu jħobbu, jibqgħu b'dik it-tbissima..."
Segwi aktar waqt Kuxjenza nhar is-Sibt fil-17.05 ta' filgħaxija fuq TVM+ u l-Ħadd fis-18.15 ta' filgħaxija fuq TVM+.