Il-paġna tagħna tkellmet mal-iżviluppatur bravissimu lokali Darren Delmar, li ħoloq il-logħba ġdida li għadu kemm nieda jumejn ilu. Darren hu l-istess żviluppatur li ħareġ b'App bħal TOMBLA+, li kienet ta' suċċess enormi.

Ras imb Ras hija app fejn wieħed jista' jikkollezzjona madwar 250 karti u aktar ta' personaġġi pubbliċi Maltin.

Tiktokers, atturi, preżentaturi, kantanti u ħafna oħrajn! Tiftakar meta konna nixtru l-pakketti tal-istickers tal-football u noqogħdu npartu? Din l-istess, imma mill-kumdità ta' App.

Apparti li tista' tpartat ma' sħabek u tikkollezzjona dawn il-karti, wieħed jista' jagħżel 3 karti tal-għażla tiegħu u jipparteċipa f'battalji kontra timijiet ta' players oħra. Kull ġimgħa, l-ewwel 10 persuni fil-klassifika jirċievu Karta speċjali għal mal-kollezzjoni tagħhom apparti premji oħra!

Kull karta tiġi b'ammont ta' stilel. Iktar ma jkollha iktar rari biex issibha! Ras imb Ras hija App fi stil ta' Match 3, fejn wieħed jgħaqqad 3 kaxxi jew iktar ma' xulxin.

Madankollu, hemm ħsieb warajha, u kull kaxxa b'kulur partikolari għandha il-vantaġġi u żvantaġġi tagħha. Malli tidhraha, din il-logħba ser tibda tilgħabha b'għajnejk magħluqa. Ara aktar fil-filmat taħt nett tal-artiklu.

Biex tesperjenza din il-logħba tal-ġenn trid tidħol HAWN għall-verżjoni Android, u HAWN għall-verżjoni IOS.


Kyle Zarb