Lorinda Mamo mill-paġna A Bird with a French Fry, irnexxielha fil-veru sens iġġedded memorja ħelwa immens ta' meta binha Henry kien għadu ċkejken. Filmat li kienu ġibdu juri lil Henry jipprova jivvinta xi ħaġa bil-ġugarelli billi jitfagħhom ġo banju u jipprova jimtedd fih.
Lorinda żiedet mal-filmat voice over tagħha titkellem f'isem Henry taparsi sejħilha u wrieha x'idea ġietu. Hi tibda l-filmat bil-famuża "Hey Mum", kif iħobbu jibdew xi filmati li jitfgħu meta jkollhom xi konverżazzjoni partikolari jew meta Henry jaqsam il-ħsibijiet tiegħu.
Araw daqsxejn xi ħlew u kemm ġie tajjeb!
Facebook/ Lorinda Mamo