Lisa Gauci kienet fost l-iktar kantanta femminili li spikkat mill-ewwel episodju, u tista' tgħid mill-kompetizzjoni kollha. Illejla bil-prestazzjoni tagħha ta' Purple Rain reġgħet ikkonvinċiet lill-ġurija li ħaqqha tibqa' għaddejja b'dan il-vjaġġ u anke tkun fil-quċċata!

Skont Philippa, Lisa kellha prestazzjoni ta' rebbieħa llejla. Ivan bla dubju li għandu bżonn lil Lisa fil-kategorija tiegħu, u jiddeċiedi li jagħtiha siġġu! Bravissima!


Kyle Zarb