Anton, li għandu snin twal ta’ esperjenza fit-trobbija ta’ annimali eżotiċi, ifakkar fuq AWLA kemm huwa importanti li nqisu l-karattru u n-natura sensittiva ta’ dawn l-annimali. Kultant niggustawhom u qisna ninsew li huma annimali eżotiċi.

Fuq AWLA b'reqqa huwa spjega li l-annimali eżotiċi ħafna drabi jorbtu qalbhom mal-persuni li jrabbuhom jew jieħdu ħsiebhom, u għalhekk jistgħu jrreaġixxu b’mod mhux mistennija meta jiġu f’kuntatt ma’ nies li ma jafux.

Anton jissuġġerixxi li qabel ma tippermetti lil xi ħadd ieħor jilgħab jew jinteraġixxi ma’ dawn l-annimali, huwa kruċjali li tieħu miżuri ta’ prekawzjoni biex tiżgura kemm is-sigurtà tan-nies kif ukoll l-benesseri tal-annimal.

Dan huwa sinjal ta’ rispett lejn il-ħlejjaq.

Facebook / AWLA


Emil Calleja Bayliss