Waqt il-programm tagħha fuq Vibe FM, Martina kellha kollegament għaddej mal-Ministru tas-Saħħa u DPM Chris Fearne. Illum kien imiss lilha biex titlaqqam bil-vaċċin kontra l-Covid-19 u xtaqet tistaqsi lil Fearne jakkumpanjaha waqt li teħodha.

"Mela ħsibtu Nanny jew... int bis-serjeta?!" - din kienet ir-reazzjoni tal-preżentaturi sħabha hekk kif staqsietu dan il-pjaċir. Fearne jidher li aċċetta mall-ewwel u minnufih tatu d-dettalji tal-appuntament tagħha. "Lilek diffiċli tgħidlek le, għax nismgħakom kull filgħodu u dawn it-tnejn jaqbdu naqra miegħek", kompla Fearne.

Imsomma għaddiet tagħha! Żgur li serva ta' kuraġġ għal Martina. Int titħajjar tgħidlu jiġi jakkumpanjak waqt li titlaqqam?

@vibefm887

@tinaz_zee got her first vaccine and look who tagged along! ##fyp ##foryou ##sahha ##chrisfearne ##malta ##vibefm

♬ Send Me on My Way - Vibe Street

Kyle Zarb