Fuq il-paġna XOW tefgħu tfakkira lit-telespettaturi li wasal biex mill-ġdid ikompli l-programm tal-Ġimgħa filgħaxija, fejn kull darba naraw mistiedna diversi. Minn preżentaturi oħra sa kantanti u atturi, u anke xi personalitajiet li jkunu msemmija f'dawk iż-żminijiet fuq Tik Tok u l-midja soċjali inġenerali.
It-tim jistaqsi, "Lil min tixtieq tara?" Fost ir-risposti kien hemm min semma li jixtieq jara l-atturi minn xi sensiela tal-passat bħal Deċeduti. Oħrajn jixtiequ li jkun hemm kantanti li ilhom ma jidhru fuq it-televiżjoni, forsi xi kantanti li kienu jieħdu sehem fil-Malta Song For Europe qabel.
XOW ser ikun qed jirritorna minn nhar Ġimgħa 4 t'Ottubru 2024 fid-2100 fuq TVM.
Facebook/ XOW