Il-programm li tant qed jiġbed lill-udjenza Maltija u Għawdxija nhar il-Ħamis filgħaxija, Tonight, flimkien mal-preżentatur u produttur Brandon Terribile, irritorna magħna nhar il-Ħamis 14 ta’ Lulju li għadda.

Fil-fatt fil-bidu tat-tieni edizzjoni Ta’ Tonight, Brandon kellu miegħu tliet personalitajiet b’talenti kbar u b’karattri tal-ġenn, li huma wieħed fost l-aqwa ġurnalisti u preżentaturi Liam Carter, u l-atturi bravissimi Lee N Abela u Carlos Farrugia.

Apparti li komplejna nsiru nafuhom aħjar waqt il-programm, kellna ċ-ċans narawhom jaħdmu xena esklussiva waqt Tonight! Lee N u Carlos attaparsi żewġ maħbubin li tant huma miġbudin lejn xulxin, u Liam, kif nafuh tajjeb, jaqra l-aħbarijiet.

F’din ix-xena Liam qara aħbar li ma tantx niżlet tajjeb mal-karattru li interpretat Lee N, Consuela, u nqala’ daqsxejn ta’ paniku. Jidher li Gonzales (interpretat minn Carlos), kien qed jiġi mfittex mill-pulizija, u indubjament xejn ma ħadet pjaċir it-tfajla tiegħu.

Araw daqsxejn x’naqra xena rnexxielhom jaħdmu waqt il-programm Tonight, b’Liam jirnexxielu jżomm serju!

Segwu Tonight, kull nhar ta’ Ħamis fid-21:00 fuq ONE.


Kyle Zarb