Lara Azzopardi s-Sibt li għadda, flimkien ma' ommha Angela Agius kienet waħda mill-mistiedna ta' Ryan fuq il-programm Sibtek. Lara tgħid: "Mela ħa ngħidlek sigriet kbir tiegħi... Lara meta tkun bit-takkuna taraha taqa' x'imkien... jiena vera clumsy..."

Żvelat ukoll x'ġara waqt date ma' Neil: "Waħda mill-ewwel dates li kelli ma' Neil morna niklu ġo restaurant... filli qiegħda sew... kont qed nidher sew pulita pulita taf kif biex nimpressjona u x'naf jien... filli qed jitkellem miegħi u filli rani ċatta mal-art."

Ryan irnexxielu jġiegħel lil Lara tagħmel żewġ passi u aħna naħsbu li marret tajjeb ħafna! Prosit Lara!

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss