Waqt Ron De Vu Shorts, il-preżentatur Ron tkellem dwar il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar li qed isir f'Malta din is-sena. Hu jieħu l-okkażjoni jawgura lill-atleti kollha kull suċċess fil-vjaġġ tagħhom fejn qed jirrappreżentaw lil pajjiżna. 

Ron u l-kelliem ta' Ron De Vu jsemmu diversi sports li qed jintlagħab waqt il-GSSE, fosthom il-Judo, li ma tantx iġib memorji sbieħ lill-preżentatur. Hu jgħid, "Mamma mia! Lanqas niftakar fil-Judo ma rrid. Ma nafx kemm-il darba batejt minħabba fiha." Għalxiex kien qed jirreferi Ron? 

Malajr skoprejna hekk kif reġa' fakkar ftit fil-filmat meħud xhur ilu. Araw daqsxejn:

 


Kyle Zarb