Waslet il-ġurnata meta jerġgħu ikomplu l-istejjer tas-sensiela Sorelle. Lura b'episodji ġodda u karattri ġodda bi produzzjoni ta' Rikordja. Ser nerġgħu naraw l-istejjer tal-karattri interpretati minn atturi magħrufin kif ukoll oħrajn ġodda.

Fuq il-paġna uffiċjali t-tim fakkar lis-segwaċi kollha dwar ir-ritorn ta' din il-produzzjoni flimkien ma' ritratti li juru uħud fost il-karattri li ser jiffurmaw parti mill-episodji li jmiss. "Minn għada Sorelle jiritona lura ghat-tielet staġun, b'180 episodju gdid. Produzzjoni ta' Rikordja. Mit-tnejn sal-ġimgħa fl-15:45 fuq TVM... Episodji ġodda, karattri ġodda u intriċċi ġodda."

Mela tinsewx! Sorelle ikompli għada fl-15:45 fuq TVM.


Kyle Zarb