Il-kantanta Għawdxija Ilona, nediet il-kanzunetta tagħha Zip It Up meta kienet qed tikkompeti fis-selezzjoni lokali biex tirbaħ id-dritt li tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest.
Minkejja li l-kanzunetta ma kinitx dik rebbieħa, it-tim tal-kanzunetta kellhom kummenti mill-isbaħ dwarha u b'hekk ħasbu li jkun għaqli li joħorġu filmat mużikali tagħha biex din il-kanzunetta tibqa' tagħmel ħoss, speċjalment mal-udjenza ċkejkna.
Il-kanzunetta ġġib l-isem ta' Zip It Up, għandha kompożizzjoni ta' Philip Vella u lirika ta' Emil Calleja Bayliss. Kanzunetta mexxejja li ħafna ddiskrevewha bħala kanzunetta li tassew hi addatta għat-tfal. Id-direzzjoni u l-korjografija kienet fdata f'idejn Christian Scerri minn Southville Dancers.
It-tema u l-mużika tal-kanzunetta tista' tgħid li joħorġu l-imqarbizza tat-tfal, hemm min jgħidilhom biex iżommu ħalqhom magħluq għal dak li jkunu raw jew semgħu, iżda t-tfal malajr jaraw x'jivvintaw u jħaddnu l-istess ħsieb.
Araw il-filmat mużikali ta' Ilona hawn taħt u tiddejqux tgħidulna x'taħsbu!