Mistednin fuq Primetime ma' Owen Bonnici kienu l-preżentatriċi Anna Bonett flimkien ma' bintha Kelly Peplow, magħrufa għall-qari tal-aħbarijiet. Magħhom skoprejna diversi affarijiet fosthom kif Kelly tistaqsi lil ommha dwar kif tkun marret jew kif dehret wara l-bulettin, u sirna nafu x'tgħidilha Anna.
Anna tkellmet dwar kemm iddejjaqha bintha bil-frenża mniżlha waqt li taqra l-aħbarijiet, jew meta tibda tgħaġġel biex titkellem. Anna tisħaq li dan kien vizzju li anke hi ġieli kellha fil-passat, iżda dejjem sabet kritika kostruttiva li għenitha tkun aħjar. Fil-fatt Kelly jirnexxielha tagħmel affarijiet li jdejqu lil ommha Anna anke barra l-ħin tax-xogħol. Anna tispjega kemm Kelly ddum ħafna titlobha skuża wara li jkollhom xi nuqqas ta' qbil kif ukoll kemm tibgħat messaġġi jekk hux kollox sew.
Owen semmalna kanzunetta ta' Elton John li Anna minnufih qalet l-memorji li għandha ta' meta kienet tkun tbennen lil Kelly ma' din il-kanzunetta. Anna titkellem dwar kif ġie l-isem Kelly u x'wassalha ssemmiha hekk. Issemmi wkoll dwar lil min ħarġet tixbah l-iktar Kelly, jekk ux lilha jew lil żewġha. Skoprejna wkoll li Kelly kienet tkanta fil-passat u ovvjament Owen ikun pront juri filmat li ilu ftit mhux ħażin.