It-trailer għal KWIR, l-ewwel serje LGBTIQ+ f’Malta, fl-aħħar wasal, u mhu xejn inqas minn produzzjoni innovattiva! Brandon Terribile, il-moħħ wara KWIR, ħoloq narrattiva vibranti, li tqawwi l-qalb, u li se tħalli lill-udjenzi ħerqana għal din l-istorja.

L-istorja tinvolvi fost l-oħrajn futboler li jesplora konnessjoni romantika ma’ ġuvni ieħor. Din l-istorja tegħleb sterjotip antik li l-futbol huwa esklussivament għall-irġiel eterosesswali.

KWIR jikkonsisti f'kast divers u awtentiku. Atturi trans li ser naraw l-irwoli tagħhom fil-ħajja reali, ikissru l-isterjotipi u jiċċelebraw is-sbuħija tal-individwalità. Ikoni Maltin rinomati bħal Frida Cauchi u Mary Rose Mallia ser ikunu qed jikkumplimentaw il-kast, u ser ikollhom sehem importanti fl-istorja.

Artisti tad-drag reali bħal Sheyonce, Olivia Lilith u Trihanna Wilde ser isaħħu dan is-serje bil-kariżma, u awtentiċità tagħhom, u jagħtu prova li l-kultura tad-drag hi ħajja u b’saħħitha f’Malta.

Titlifx l-ewwel episodju ta' KWIR, li ser jixxandar esklussivament fuq ONE minn nhar it-Tnejn 6 ta' Jannar 2025 fit-20.30. Lesti ruħek biex tidħak, tibki, u tferraħ hekk kif Malta tagħmel pass kuraġġuż ’l quddiem fl-inklussivita. Dan mhux biss programm televiżiv, imma hu storja reali.


Kyle Zarb