Ema, Demi, Chanel u Meghan impressjonaw bi kbir fil-fażi tas-Six Chair Challenge, iżda wara li spiċċat din il-fażi kien hemm sorpriża tistenna lil grupp. Dan wara li l-mentor tagħhom, Howard Keith iddeċieda li jdaħħal magħhom lil Maya mill-grupp 6Teen.

Idur fuq il-midja soċjali sibna l-filmat ta' meta Maya kantat għall-ewwel darba mal-erba' tfajliet l-oħra. Fuq it-televiżjoni, rajna biċċa qasira tat-tfajliet ikantaw Lady Marmalade u ngħiduha kif inhi hi verament impressjonanti din il-verżjoni.

Howard Keith kulma qal kienet il-kelma WOW, xħin sema' lil Maya mat-tfajliet. Wieħed irrid iżomm f'moħħu li dawn ma kellhomx ċans jipprattikaw. Howard xtaq biss jisma' jekk leħen Maya jmurx ma' dak tat-tfajliet l-oħra bħal ma ħaseb hu.

Howard jidher li kellu raġun u l-verżjoni tagħhom ta' Lady Marmalade kienet waħda tassew impressjonanti!

Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss