L-attivista favur l-ambjent Cami Appelgren għal darb'oħra qassmet messaġġ b'saħħtu fejn sostniet li ser tibqa' taħdem favur l-ambjent minkejja kollox. Dal-aħħar hi rċeviet anke kliem ta' offiża iżda xejn ma waqqafha milli tkompli xxerred kuxjenza favur l-ambjent.

"DAN hu r-raġuni għaliex nagħmel dak li nagħmel. Għandi bżonn niftakar minn żmien għal żmien. Il-motivazzjoni ma tiġix minn affarijiet materjali; premjijiet u tifħir. Il-motivazzjoni tiegħi ma tistax tiżdied, u lanqas tonqos, minn xi ħaġa oħra għajr IN-NATURA."

"L-ebda tgħajjir versus lejja mhu se jaffettwali l-motivazzjoni biex nissalvagwardja dan". Hi qalet dan id-diskors waqt li rreferiet għall-filmat tan-natura f'Malta f'dan il-filmat t'HAWN.


Kyle Zarb