Il-produzzjoni Min Hi? qajmet reazzjoni kbira... reazzjoni fejn il-poplu spiċċa jgħaddi l-kummenti tiegħu fuq il-midja soċjali għax ma kinux jafu li hi parti minn produzzjoni teatrali. It-teatru tat-triq għandu spazju wkoll fil-verità.
Dawn l-installazzjonijiet artistiċi qajmu dibattitu kbir. Tant hu hekk li l-protagonisti, Lee-N Abele, Trevo Zahra u Ruben Zahra poġġew biex jaraw uħud mill-kummenti li n-nies kitbu dwar dak li raw fuq il-midja jew dak li raw huma stess b'għajnejhom.
Ejja ngħidu li kien hemm bosta kumment ikkuluriti, b'ħafna u ħafna imaġinazzjoni fertili li ħallew lil kulħadd mistgħaġeb. Insomma araw naqra x'reazzjoni kellhom għal dak kollu li nkiteb! Vera każ ta' triq taqra biex temmen!
Fadal tlett ġimgħat biss jekk interessat sabiex tmur tara Min Hi? Din ħa ssir fil-31.10 sa 1.11. Tista' tixtri l-biljetti minn HAWN.
Facebook / Teatru Malta