Il-paġna uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta' Malta ġie mħabbar li l-Arċisqof aktar kmieni llum qaddes quddiesa tat-Tieni Ħadd tar-Randan fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Waqt il-quddiesa amministra s-sagrament tal-griżma tal-isqof lil wieħed mir-residenti u wara żar il-forn tal-Faċilità.

Ħa ħsieb anke jħejji kelmtejn ta' kuraġġ u tama. "Inkunu kemm inkunu magħfusin, qatt ma nistgħu nitilfu li aħna ulied Alla. L-ebda bniedem l-ebda setgħa ma tħassar id-dinjita tagħna. Tinsewhiex din il-ħaġa" - dan huwa kliem li jidħol f'moħħok u f'qalbek li żgur iqawwi qalb dak li jkun.

Segwi aktar:


Kyle Zarb