Fuq il-paġna uffiċjali ta' Division 7 tħabbar li wara nofsinhar ser jintwera l-aħħar trailer għal din is-sensiela tant maħbuba mit-telespettaturi Maltin u Għawdxin! Fil-fatt għadu kif ġie ppubbilkat u l-kummenti u r-reazzjonijiet tas-segwaċi ma naqsux.

It-tim ta' Division 7 ġimgħa ilu ħabbar fuq il-paġna li nkitbet l-aħħar xena tal-aħħar episodju mis-sensiela u dan b'qalb maqsuma jfisser li verament qegħdin viċin it-tmiem. ""Grazzi Mulej talli tajtna s-saħħa niktbu mija u għoxrin episodju, u nitolbuk tibqa' magħna għall-proġetti li jmiss. Preparaw ruħkom għax l-aħħar episodju ser ikun wieħed mill-isbaħ episodji li qatt rat din il-gżira!". It-tim jipprepara lit-telespettaturi għal tmiem kbir!


Kyle Zarb