"...Iżda kull darba li nagħmlu xi ħaġa tajba jkun grazzi għall-ġenituri tagħna; il-mama u l-papa", tenna l-Ministru Fearne fejn qallu "Pà, Kburi ħafna bik!"

Fil-filmat jidhru bosta persuni anke mill-qasam mediku jirringrazzjaw lil missierhom tal-mod kif rabbewhom u tellgħuhom b'valuri sodi, b'imabba u rispett!

F'ħin minnhom, l-ulied isaqsu lil missierhom "Da, jien nagħmlek kburi?" X'mumenti sbieħ! Kemm hu sabiħ li napprezzaw lil dawk li ħejjewlna t-triq biex aħna ngħixu ħajja tajba u komda b'valuri sbieħ!

Li tkun missier hija responsabbiltà u piż imma daqstant ieħor huwa unur u rigal.

Inkomplu nawguraw lill-missierijiet kollha u lilek ukoll Ministru Fearne!

Ritratt: Facebook/ Chris Fearne


Clifford Galea