Bħalissa qed naraw diversi krejnijiet madwar Malta, imma dehra perikoluża bħal din rari rajna!
Kważi kważi lanqas titwemmen għall-ewwel darba li tħares lejha! Qisek tkun trid terġa’ tħares għat-tieni darba biex tkun żgur li qed tara sew! Iva sew qed tara! Krejn qed iġorr gaffa fl-arja!
Filmat: Diego Juan Favoretto
Jekk tibda taħseb x’setgħu jkunu l-konsegwenzi għal azzjoni bħal din, lanqas tispiċċa l-lista. X’inċident ikrah kien ikun, kienu allaħares qatt marret xi ħaġa li ma kinetx ippjanata! Kemm għandna bżonn naħsbu qabel ma naġixxu!
Intom x’taħsbu? Ittieħdu biżżejjed miżuri tas-siġurtà f’din l-azzjoni?