Waqt TVAM, hekk kif il-koppja maħbuba Peppi u Mandy kienu l-mistednin ta' Dorianne Mamo, irċevew messaġġ speċjali li żgur apprezzaw immens mingħand l-għażiż binhom Xandru. Xandru, li riċentament sar missier u għamilhom nanniet. Peppi u Mandy jitkellmu dwar dan l-irwol prezzjuż ta' nanniet u xi jfisser għalihom. 

Xandru jibda minnufih biex jirringrazzjahom għal kulma għamlu miegħu, speċjalment minn meta sar missier Gianluca. Japprezza l-appoġġ li dejjem isibu mingħandhom hu u l-familja tiegħu. 

"Nixtieq ngħidilkom Grazzi ħafna ħafna ta' kemm għamiltu miegħi, l-aktar f'dawn l-erba' xhur, kemm ilu magħna Gianluca... Kontu dejjem hemm meta ċempiltilkom u ħa napprezzah għal ħajti... Nixtieq ngħidilkom Grazzi tal-valuri li għallimtuni, ta' kif kbirt emozzjonalment u mentalment bis-saħħa tagħkom. Li kieku mhux bis-saħħa tagħkom, mhux qiegħed hawn..."

Xandru japprezza anke ta' kemm sabhom hemm fil-mumenti diffiċli. Araw ir-reazzjoni ta' Peppi u Mandy, kif ukoll kliem prezzjuż li kiteb Peppi relatat ma' żmien il-Milied: 


Kyle Zarb