Simone Cini; preżentatriċi u xandara kif ukoll il-Kummissarju kontra l-vjolenza domestika u dik 'a bażi' tal-ġeneru llum qed tiċċelebra għeluq sninha.

Simone rajnieha wkoll tipproduċi u tippreżenta l-programm Ieqaf 20 fejn f'20 minuta titkellem ma' diversi kelliema li jagħtu informazzjoni fuq diversi suġġetti interessanti u li jolqtu lil kulħadd.

F'Novembru li għadda kienet mistiedna fuq Prime Time ta' Owen Bonnici fejn iddiskutew bosta aspetti dwar il-ħajja tagħha fejn sirna nafu li tħobb ħafna l-annimali wkoll. Studjat il-komunikazzjoni u l-affarijiet internazzjonali u fil-parti l-kbira ta' ħajjitha ħadmet fil-midja inkluż bħala ġurnalista.

Illum uliedha kibru sew li magħhom ikollha batibekki interessanti dwar diversi suġġetti maturi! Kemm hu sabiħ li wieħed jidjaloga b'dan il-mod ma' wliedu!

Awguri lilek Simone!

Ritratt: Facebook/ Simone Cini


Clifford Galea