Illejla jkompli l-programm 'L-Erbgħa Fost Il-Ġimgħa' fejn ser jitratta d-deċiżjoni tal-knisja li tidissassoċja lilha nnifisha mill-Komunita ta' Ġesú Salvatur. Imma naraw ftit x'ġara l-ġimgħa l-oħra meta f'edizzjoni speċjali Mark jitkellem mal-Kardinal Mario Grech u fost il-mistoqsijiet jistaqsih jekk hu kienx ikun qassis tajjeb.

Il-kardinal dam ftit ma wieġbu għax ried jirrifletti u b'ċajta wieġbu "kont ħa tkun xewka" imma żied jgħid ukoll, "Jiena irrispettivament jekk tkunx qassis jew reliġjuż, l-importanti li jkun f'postu u kuntent kif inhu għaliex il-ġid jista' jagħmlu kulħadd. Anzi illum int għandek passaport li jiftaħlek bibien li ma jifetħux għalija bhala isqof. Forsi int għandek l-opportunità li l-valuri u sseħħer ta' Ġesu Kristu tikkomunikah bl-lingwaġġ u metodu u okkażjonijiet li jien m'għandiex".

Mark jistaqsih jekk kellux jaqta' xagħru li kieku laħaq qassis, iżda l-kardinal qallu li "ma kienx ikollu problema kieku".


Anthony Baldacchino