L-Ispettur, id-drama ta' kull nhar ta' Tnejn fuq TVM li tibda mit-28 ta' Settembru wara l-aħbarijiet tat-20:00. Aħna ta' Gwida.mt kellna x-xorti li niltaqgħu mal-attur prinċipali, l-attur veteran Mario Micallef.
Waqt li kienu għaddejjin jiffilmjaw din is-sensiela, l-attur kien qed isofri minn uġigħ fin-nerv tas-sciatca. Uġigħ minn dahrek għal saqajk, li jżommlok il-moviment ta' ġismek kollu. Waqt dan kollu, Mario Micallef kompla għaddej jiffilmja s-sensiela l-ispettur.
Skip Ad in 5 seconds Skip Ad Fil-filmat tagħna, Mario jgħid li apprezza l-fatt li l-krew li kellu jaħdem miegħu qagħdu b'aktar attenzjoni u pprovaw jagħmlulu ħajtu faċli kemm jista' jkun. Hu jistqarr, "dak l-episodju għelebnieh ukoll."
Mario jgħid dan minħabba li waqt li kien għaddej il-filming, Mario tilef lill-għażiż ħuh George. Iżda Mario, b'determinazzjoni u wkoll bi professjonalità ddeċieda li jkompli jiffilmja. Mario jistqarr li dakinhar iffilmjaw xena verament b'saħħitha u l-emozzjoni kienet aktar reali mis-soltu.
Jidher li L-Ispettur għandu jkun drama mill-aqwa, fost l-aqwa li qatt rajna f'pajjiżna. Int ħa ssegwih?