Fl-intervista li ġiet ippublikata nhar il-Ħadd li għadda fuq ir-rivista GWIDA skoprejna ftit affarijiet fuq il-virologu Christopher Barbara. Dr. Barbara sa minn ċkunitu kellu għal qalbu l-anzjani u persuni vulnerabbli. Ara x'qalilna. 

Dan ir-reklam ser jispiċċa f'0 sekondi

Dr. Barbara li jaħdem fl-isptar Mater Dei kien idur is-swali biex jieħu ħsieb lil dawk li huma waħidhom. Fiż-żmien il-pandemija kien hemm ħafna li spiċċaw waħidhom minħabba li ma bdewx jitħallew viżitaturi. Kien għalhekk li dan il-virologu ta' qalb tajba, kien iżur dawk waħidhom u jeħdilhom imqar tazza ilma. 

"Emminni dik hija xi ħaġa li qiegħda fija. Jien inħoss li n-nies li huma vulnerabbli dejjem għandhom bżonn l-għajnuna ta’ xi ħadd. Jista’ jkun tifel li għandu bżonn xi għajnuna l-isptar eċċ..." jgħidilna fl-intervista Christopher Barbara. 

Fil-GWIDA ta' dan ix-xahar tista' ssib l-intervista sħiħa ma' Christopher Barbara u s-sehem tiegħu fil-Covid-19!


Anthony Baldacchino