Ħafna jaqtgħu l-kurżità, jekk Xandru huwiex single wara li waħda mill-mudelli residenti fuq Sibtek, saqsiet lil Xandru jekk jinsabx f'relazzjoni. Xandru jikkonferma li qieħed f'relazzjoni u ilu għal dawn l-aħħar snin.

Flimkien ma' Ryan, Xandru stqarr "Kont inbati ħafna meta kien ikun hemm kritika ħażina... kont noħodha bi kbira...maż-żmien tgħallimt li ma tistax tissodisfa lil kulħadd...". Kien ieħor mill-mudelli residenti fuq Sibtek, Jean Paul li staqsa lil Xandru dwar il-kritika.

Xandru jgħid li qatt ma għandek "tgħix ħajtek biex l-oħrajn jaċċetawk u ma tkunx lilek innifsek". "Għamilt 35 sena nipprova ngħix biex nikkuntenta d-dinja" iżda jistqarr li fl-aħħar mill-aħħar l-iktar ħaġa importanti hi li tikkuntenta lilek innifsek.

JJ Chircop


Emil Calleja Bayliss