Qed naraw ħafna nies libsin il-maskri waqt li tkun qiegħed fis-supermarket jew jimxu. Iżda kemm hu bżonjuż li jkollok il-maskri?

Fil-programm Niskata ta’ Angela Agius, tkellmet il-konsulent tas-saħħa pubblika, Dr. Antonella Sammut. Dr Antonella qalet, “Iċ-Ċentri ta’ CDC, ma jirrakomandawx l-użu ta’ maskri jekk wieħed ma jkunx infettat. Eżempju jiena għandi riħ u biex niproteġi lil dawk ta’ madwari, nilbes surgical mask”.

Dr. Antonella spjegat li jekk toħroġ timxi … “m’hemmx għalfejn tilbe smaskri”. Il-maskra tagħtik sens ta’ protezzjoni falza, għax jekk ma tilbisiex sew tkun qed tiswa ta’ ħsara milli ġid.

Important li min jilbes il-maskra, jagħżel li din toqgħodlu tajjeb fuq wiċċu. Dr. Antonella fakkret biex kulħadd jipprattika l-aktar affarijiet importanti: Naħslu l-idejn sewwa, social distancing, cough etiquette. Dawn jipproteġuna ħafna iżjed mill-maskri.

Bil-maskra hemm aktar tendenza li tmiss wiċċek, għajnejk biex tirranġa. Dr. Antonella qalet… “il-maskra hemm proċedura kif tilbisha u kif tinżaha, trid taħsel idejk sewwa qabel tilbisha, tagħmel żgur li tkun fuq l-imnieħer u tara li mhemmx spazzju”.

Xi ngħidu għal-ingwanti? “L-ingwanti huma perikolużi wkoll, għax l-idejn tista’ taħsilhom il-ħin kollu. L-ingwanti trid tibdilhom il-ħin kollu biex jibqgħu nodfa”.

Ara x’qalet fil-programm.


Anthony Baldacchino