Ftit ilu tela' filmat fuq il-midja soċjali ta' xena maħduma mit-tim ta' Comedy Nights, fejn klijenta dehret iddiżappuntata immens bis-servizz tar-Real Estate Agent. Fil-fatt it-tim xtaqt jippreżenta sitwazzjoni li jaf forsi ġieli ġrat fir-realtà, speċjalment ir-reazzjonijiet diversi tal-klijenta f'dan il-filmat.

Fost l-affarijiet li rritaw lill-klijenta kien hemm water heater iqattar, veduti koroh mimlijin binjiet biss bla ebda hdura, post mhux storiku kif xtaqet hi, tebgħat  u anke pjanti jikbru minn ġol-ħajt! 

Flimkien mal-filmat, hemm ukoll mistoqsija għall-pubbliku, dwar jekk tiftakrux f'xi ħadd meta taraw dan il-filmat. Kien hemm min anke tteggja lil xi ħadd li jaf fil-kummenti. Araw daqsxejn din ix-xena umoristika imma li forsi ġieli nsertajt fil-ħajja reali! Filmat li se jpoġġilek tbissima fuq fommok!


Kyle Zarb