U f'dawn il-jiem ta' mużika, tensjoni, u briju, kull min mess mal-Eurovision bla ma jrid ħa jiġuh ħafna memorji.

Michela Pace, l-ambaxxattriċi Maltija fl-2019, bħal-lum tliet snin ilu kellha s-semifinali fejn irrappreżentatna bil-kanzunetta Chameleon. Minnu dakinhar wara ħafna stennija, Malta għaddiet għall-finali tas-Sibt.

Bla dubju li l-mument xħin għajtu isem Malta, l-emozzjonijiet kienu kbar! Xi ħaġa li Michela u t-tim tagħha ħadmu bil-kbir għaliha, u apparti minn hekk, għajtulna propju fl-aħħar! Xi ħaġa li ġrat anke lura fl-2016, lil Malta għajtulha fl-aħħar nett.

Michela xerrdet il-mument xħin sejjħu lil Malta fuq Instagram. Araw x'mument sabiħ!


Kyle Zarb