Fuq il-programm Min Imissu? kienu mistednin il-koppja Mark Laurence u Deborah, li flimkien mal-Lajf kixfu xi ħaġa dwar il-karattru ta' xulxin. 

Deborah tkellmet dwar kemm Mark huwa bniedem perfezzjonist u tgħid, "Mark ma tridx taħdem miegħu, għax tant huwa perfezzjonist f'xogħlu, li jeqridlek ftit ir-rieda li tgħix."

Mark semma l-fatt li lil Deborah ma tridx taħdem magħha minħabba r-reazzjoni tagħha meta tikkoreġiha ftit. "Kif tikkoreġiha ftit, u tgħidilha ħu take oħra, u tinduna li għandek raġun, tinkiser u tunbrak!"

Araw aktar f'dan il-filmat:


Kyle Zarb