Waqt Manicolo &Co kienet mistiedna l-attriċi u preżentatriċi Amanda Bugeja Azzopardi u fost l-episodji li ma tinsa qatt f'ħajjitha, tirrakkonta meta nesiet it-tberik u ma ndunatx li kien ġie l-qassis flimkien mal-abbatini.

Amanda tirrakkonta li meta waslet mix-xogħol rat lil ħuha qabel daħlet id-dar, u talbitu jixtrilha xi ħaġa li kellha bżonn, u allura qaltli biex meta jiġi kemm iħabbat. "It-tberik bye bye, insejtu kompletament. Qed ninħasel, it-tfal kienu għadhom żgħar, u ħabbat il-bieb. Għidtilhom, 'morru iftħu, ġie z-ziju'."

Iż-żgħir mar jgħidilha li ġie l-qassis iżda hi m'emmnitux, u ħarġet bix-xugaman imdawwar magħha. "U kif noħroġ u nara lill-qassis u l-abbatini, ridt immut eh. Jien ma tantx nistħi, imma vjola sirt. Għidtlu skużani mma kont qed nistenna lil ħija, u nsejtek kompletament!"

Ara aktar fil-filmat hawn taħt:

Facebook/ Amanda Bugeja Azzopardi


Kyle Zarb