L-Għarusa tibqa' waħda mis-sensiliet lokali li tibqa' msemmija maż-żminijiet, fejn rajna fost l-iktar atturi maħbuba u bravissimi jieħdu sehem fiha. L-istorja kienet intweriet fuq TVM bejn l-2017 u l-2019, u bħalissa għaddejjin ir-repetizzjonijiet fuq l-istazzjon nazzjonali.

Fost l-atturi li ħadu sehem hemm, Cassadra Spiteri, Davide Tucci, Henry Zammit Cordina, Veronica Farrugia, Toni Attard, Paula Zammit Mintoff, Antontella Axisa, Mikhail Basmadjian, Aaron Fenech, JC Scicluna, Eileen Spiteri, Frida Cauchi, Rebecca Dimech, John Greig u aktar. 

Fuq il-paġna ta' TVM ġie ppubblikat filmat li juri xena li tibqa' msemmija minn L-Għarusa, fejn instabet mejta fil-funtana. Tiftakarha din ix-xena mimlija emozzjonijiet? Ir-repetizzjonijiet qed jintwerew fuq TVM mit-Tnejn sal-Ħamis, fis-14:00 sat-15:00

z


Kyle Zarb