Anabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, tkellmet dwar il-Karnival ta' Mejju, li aktar tard dan ix-xahar ser inkunu qed naraw. Wara sentejn restritti minħabba l-pandemija, ilkoll ħerqana biex naraw il-Karnival kif nafuh!

Fil-bidu l-pjan kien li jekk ma jkunx jista' jsir fi Frar, isir f'Mejju. "Hemm affarijiet ġodda li n-nies ser jaraw", tispjega Anabelle minn Festivals Malta. Fil-fatt bosta karrijiet li fi Frar li għadda kienu bħal esebizzjoni, dan ix-xahar ser inkunu qed narawhom fit-toroq. 

Hemm xogħol ġdid li fil-fatt ser joħroġ f'Mejju, kif ukoll xogħol li ilna ma narawh sentejn fit-toroq Maltin. It-temp li hu żgur li mhux se jġib maltempati jew xita, wara tant ħidma li tkun wettqet. Madanakollu Anabelle tispjega kif xorta "is-sħana ser tkun daqsxejn kontrina."

Il-programm ser ikun qed jibda fis-14:00, aktar kmieni mis-soltu, biex sal-ħdax ikunu lesti. Tagħti parir biex in-nies iġibu magħhom brieret minħabba x-xemx. Tħeġġeġ lin-nies biex jipparteċipaw. Segwi aktar hawn.


Kyle Zarb