Il-mistieden waqt Ron De Vu riċentament kien il-kantant lokali Kevin Paul Calleja. Ron ħa l-opportunità jistaqsi lil Kevin dwar jekk hux se jieħu sehem f'Love Island Malta.

Kevin kien pront wieġeb li le ma kellux ħsieb li jieħu sehem. Ron wera x-xewqa li jinnominah, iżda Kevin baqa' jgħid li le, ma kienx ser jieħu sehem f'Love Island Malta.

Ron issoltu tiegħu, prova jiġbidlu daqsxejn saqajh hekk kif qallu, "Lanqas tridu tmur hemm u ssib lil Gaia". Il-kantant u l-preżentatur ħaduha b'mod umoristiku. 


Kyle Zarb