Keith Demicoli kellu messaġġ x’jgħaddi waqt il-programm Illum Ma’ Steph għal ommu. Fil-fatt Keith jgħidilha li jaf li kienet sorpriża għaliha din u xtaq jirringrazzjaha mill-qalb ta’ kemm dejjem kienet hemm għalih u “tajtni ċans biex nitgħallem u nipprova nikber fir-raġel li jien illum”. 

Keith jisħaq li f’ommu sab ispirazzjoni ta’ kif ikun indipendenti, kemm hu kif ukoll ħuh Fabian. Isemmi wkoll li minn ommu tgħallem it-tifsira vera tal-maħfra - “inutli noqogħdu nilmentaw fuq kull ħaġa, aħfer anke lil min jagħmillek id-deni, insa u imxi ‘l quddiem ”. Keith isemmi wkoll kemm jammira lil ommu tad-deċiżjoni li ħadet 10 snin ilu u addottat tifel biex ittih trobbija li biha ma jkun jonqsu xejn. 

Xi ġmiel ta’ messaġġ dak! Ara x’kellu xi jgħidilha! (Tista' tmexxi l-ħin lejn il-25:00 minuta)


Kyle Zarb