F'April ta' sena ilu, il-kantant lokali Kurt Calleja spiċċa r-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta' Mużika Mużika. Nhar il-Ħamis li għadda waqt is-semifinali, Kurt fetaħ l-ispettaklu bl-aħħar parti tal-kanzunetta Bla Tarf, li biha rebaħ il-festival.

Intwera anke filmat li ħadna lura lejn il-mument tar-rebħa. Ilbieraħ, Kurt kiteb dwar dan fejn qal, "Ilbieraħ neħħejt il-kuruna bit-tħejjija għat-3 rebbieħ jew rebbieħa ta' Mużika Mużika Kien verament privileġġ tiegħi li nkun parti mill-istorja ta' dan il-festival prestiġjuż"

Hu xtaq jesprimi l-gratitudni tiegħu lejn il-poplu kollu u għal darb'oħra jirringrazzjah tas-sapport kontinwu. "Grazzi ta' kollox", kiteb Kurt. Illejla ser inkunu qed narawh parti mill-ispettaklu wkoll.

Awguri għal aktar suċċessi Kurt!

Facebook/ Kurt Calleja


Kyle Zarb